FAQ

X’inhi d-Direttiva dwar Vittmi tal-Kriminalità?

L-imsejħa Direttiva dwar Vittmi tal-Kriminalità tipprovdi l-opportunita ta’ avvanz fl-aċċess ta’ drittijiet u ġustizzja għal vittmi fl-Ewropa. Id-Direttiva tirregola aspetti ta’ proċedura kriminali fl-Ewropa, tħeġġeġ in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-ugwaljanza kif ukoll il-provdir ta’ informazzjoni, appoġġ u protezzjoni għal vittmi. Id-Direttiva tal-2012 trid issir parti mil-ligijiet ta’ Malta qabel Novembru 2015.

X’inhu reat?

Reat huwa offiza kriminali. Huwa azzjoni jew ommissjoni li tikkostitwixxi offiża li tista tigi mħarrka mill-Istat u hija punibbli mil-ligi. Reat huwa att ta’ hażen kontra is-soċjeta u vjolazzjoni tad-drittijiet tal-vittma. Id-Direttiva teħtieġ li vittmi ta’ reat jiġu rikonoxxuti u trattati b’mod li jurihom rispett u sensitivita b’mod professjonali minajr diskriminazzjoni ta’ ebda tip abbażi ta’ razza, etniċità, oriġini nazzjonali, reliġjon, orjentazzjoni sesswali jew diżabbiltà.

X’muhiex reat?

Reat kriminali ma jinkludiex inċidenti purament ta’ natura privata bħal separazzjoni, wirt, kera, assigurazzjoni, propjeta li kienet mitlufa u instabet jew ħsara fuq propjeta u ħsara jew mard.

X’inhu reat ta’ mibgħeda?

Reat ta’ mibgħeda huwa offiza kriminali fejn il-persuna li wettqet ir-reat għandha l-għan li tweġġa l-vittma minħabba element personali bħal razza, ġeneru, etniċità, oriġini nazzjonali, reliġjon, orjentazzjoni sesswali jew diżabbiltà. Ir-reat iseħħ għaliex il-ħati għandu preġudizzju. Dan il-preġudizzju speċifiku jissepara reati ta’ mibgħeda minn reati oħrajn. Dan it-tip ta’ reat jista’ ikun att ta’ intimidazzjoni, theddida, ħsara ta’ propjeta, attakk, omiċidju jew kwalunkwe reat ieħor. L-intolleranza ta’ persuna tista’ ukoll tkun raġuni għat-twettieq ta’ dan ir-reat.

 

Il-Liġi Maltija ma’ tagħtiex definizzjoni tat-terminu ‘reat ta’ mibgħeda’. Iżda, l-artiklu 83B tal-Kodiċi Kriminali jgħid li l-piena ta’ kwalunkwe reat għandha tiżdied meta r-reat huwa totalment jew parzjalment aggravat jew motivat minn mibgħeda kontra persuna jew grupp ta’ nies fuq bażi ta’ ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini nazzjonali jew etniċita, ċittadinanza, reliġjon jew twemmin jew opinjoni politika jew opinjoni oħra.

Jiena vittma?

Inti vittma hekk soffrejt ħsara fiżika, mentali, emozzjonali jew telf ekonomiku ikkawżat direttament mill-persuna ħatja. Hija possibli li inti bħala membru tal-familja wkoll qiegħda issofri minħabba r-reat. B’mod partikolari, hekk inti membru tal-familja ta’ persuna li l-mewt tagħha ġiet kawżata minn reat u soffrejt minħabba l-mewt ta’ din il-persuna, inti vittma. Persuna hija kkunsidrata vittma irrispettivament mill-fatt li l-ħati huwa identifikat, arrestat, mħarrek jew ikkundannat u wkoll irrispettivanent mill-relazzjoni familjali bejnhom.

Kif u fejn nista’ nirrapporta reat?

Hekk kont vittma ta’ reat ġo Malta, hu rakkomandat li meta ma tkunx għadek fil-periklu, tmur tirraporta’ l-ġrajja għand l-għassa tal-pulizija li hija l-iktar viċin tiegħek. Missek tagħti d-dettalji kollha li tista’ għax dan jgħin fl-identifikazzjoni ta’ l-awtur tar-reat. F’ċertu reati, wara li tagħmel rapport u l-persuna responsabbli hija identifikata, tista’ tagħzel hekk tridx tkompli bil-kawża.

 

Pulizija ta’ Malta (tal-gvern)(government)

Indirizz: Police General Headquarters, Pjazza San Kalċidonju, Floriana FRN 1530, Malta

Telefown: Kwartieri Ġenerali 21224001/9; Crime stop 119; Emerġenza 112

E-Mail: cmru.police@gov.mt

Sit elettroniku: www.pulizija.gov.mt

Hekk immur għand il-pulizija, ikun hemm rapport komprensiv?

Hekk tmur għand il-pulzija biex tirrapporta l-każ, rapport komprensiv missu jiġi ikkumpilat, li jigbor id-dettalji kollha li ġew mogħtija lil pulizija. Għandek dritt issaqsi għal koppja tar-rapport.

Hemm appoġġ ta’ emerġenza li huwa provdut 24/7? X’numru nista’ inċempel f’każ ta’ emerġenza?

Ġo Malta 179 huwa n-numru nazzjonali ta’ appoġġ li huwa disponibbli 24/7. Dan huwa mmexxi minn grupp ta’ voluntiera professjonisti u joffru appoġġ u informazzjoni dwar servizzi ta’ benesseri soċjali lokali u aġenziji lokali oħrajn. Bħala vittma ta’ reat tista’ tiġi rreferut lill-entita li tista’ tagħtik l-għajnuna li għandek bżonn.

 

Din il-linja ta’ appoġġ hija servizz nazzjonali għal nies li jinstabu fi żmien ta’ diffikulta jew kriżi bħal per ezempju abbuż ta’ tfal, vjolenza domestika, problemi ta’ droga/alkoħol/logħob tal-azzard u affarijiet oħrajn. L-Għan prinċipali tal-linja 179 hija li tipprovdi servizz immediat u għajnuna imparzjali għal dawk li qiegħdin ifittxu informazzjoni, appoġġ u/jew għandhom bżonn jiġu riferuti lil aġenziji ohra.

 

Aktar minn hekk, Malta tipprovdi numru ta’ appoġġ ieħor, 116 123, li joffri appoġġ emozzjonali lil dawk li qiegħdin iħossuhom waħedhom, dawk li jinstabu fi stat ta’ kriżi psikoloġika, u dawk li għandhom bżonn appoġġ emozzjonali minħabba sitwazzjonijiet tal-ħajja li qiegħdin jintaqgħu magħhom. It-telefonati kollha riċevuti fuq in-numru 116 123 huma wkoll ttrattati mill-grupp li jieħu ħsieb in-numru ta’ appoġġ 179. L-Għan huwa li ikun hemm numru internazzjonali rikonuxxut fil-pajjizi kollha ta’ L-Unjoni Ewropea, aċċessabbli lil dawk kollha li jgħixu fl-Ewropa.

Nibża li nerġa niġi fil-mira ta’ dik il-persuna, speċjalment hekk nimla rapport tal-pulizija. Nista’ niġi protett?

Saqsi għall-għajnuna! Ċertu vittmi qiegħdin f’riskju li jerġaw jiġu ivvittimizzati waqt u f’ċerti każijet anki wara l-proċeduri kriminali. Dan ir-riskju jista’ jiġi identifikat b’mod effettiv permezz ta’ evalwazzjoni individwali mwettqa fl-ewwel opportunità disponibbli.

 

L-evalwazzjoni missa tiġi mwettqa għal kull vittma biex jiġi determinat hekk din il-vittma hija f’riskju li terġa tiġi ivvittizimata. L-evalwazzjoni individwali tikkunsidra l-karatteristiċi personali tal-vittma bħal l-eta’, il-ġeneru, ir-reliġjon, l-orientament sesswali, id-dizabilita, stat ta’ residenza, diffikultajiet ta’ komunikkazjoni, relazzjoni jew dependenza fuq it-trasgressur u esperzjenzi preċedenti ta’ reati.

 

Vittmi identifikati bħala vulnerabbli għal possibilta’ li jerġgħu jiġu vittizimati huma intitolati għal miżuri ta’ protezzjoni individwali skond il-bżonnijiet tagħhom. Dawn il-miżuri ta’ protezzjoni jiġu identifikati waqt l-evalwazzjoni individwali. Miżuri ta’ protezzjoni jinkludu ordni ta’ protezzjoni, ordni ta’ trażżin, garanzija personali, kondizzjonijiet ta’ pleġġ u akkomodazzjoni ġo xelter.

Bħala vittma x’servizzi ta’ appoġġ misni nirċievi u kif napplika għalihom?

Bħala vittma int intitolat għal sensiela ta’ servizzi ta’ appoġġ:

 

a) Informazzjoni, parir u appoġġ relevanti mad-drittijiet tal-vittma li jinkludu l-aċċess għal skemi ta’ kumpens lokali minħabba ġrieħi kawzati mill-att kriminali, kif ukoll ir-rwol tal-vittma fil-proċeduri kriminali inkluż il-prepazzjoni għall-attendenza tal-proċess kriminali;

 

b) Informazzjoni dwar jew inkella riferiment dirett lil kwalunkwe servizz ta’ appoġġ speċjalizzat;

 

c) Appoġġ emozzjonali u fejn disponibbli anke appoġġ psikoloġiku;

 

d) Parir dwar finanzi u problemi prattiċi li inħolqu mir-reat;

 

e) Sakemm mhux provdut minn servizzi privati jew pubbliċi ohrajn, parir dwar ir-riskju u l-prevenzjoni ta’ vittimizzazjoni ripetuta, intimidazzjoni u retaljazzjoni.

 

The Directive obliges Malta to encourage victim support services to pay particular attention to the specific needs of victims who have suffered considerable harm due to the severity of the crime.

 

Id-Direttiva tobbliga lill-Malta biex tinkoraġġixxi servizzi ta’ appoġġ għal vittmi biex jagħtu aktar attenzjoni lill-bżonnijiet speċifiki tal-vittmi li soffrew ammont ta’ ħsara konsiderabbli minħabba s-severita’ tar-reat.

 

Servizzi ta’ appoġġ huma offruti minn ħafna aġenziji. Meta inti tikkuntattja Victim Support Malta, aħna nipprovdulek is-servizz ta’ appoġġ jew nirreferuk għal servizz speċifiku provdut minn aġenziji oħrajn. Tista’ tapplika għal dawk is-servizzi ta’ appoġġ relevanti billi tibgħat email lil coordinator@victimsupport.org.mt  jew iċċempel fuq 21228333

M’għandiex il-flus biex inħallas għal avukat jew parir legali. X’aġenziji jistgħu jgħinuni? X’inhuma d-dettalji tagħhom biex inkun nista’ nikkuntatjhom?

Malta tipprovdi għajnuna legali b’xejn għal nies li ma jistghux b’mod ieħor ikollhom aċċess għall-qrati ta’ Malta. Int intitolat għal dan is-servizz hekk tiġi dikjarat li m’għandekx il-mezzi finanzjari biex t’aċċessa l-qrati, li ġeneralment jiġi dikjarat wara evalwazzjoni tat-talba tiegħek dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tiegħek. Għajnuna legali tiġi mogħtija hekk inti m’għandekx qligħ li jaqbeż il-paga minima nazzjonali u m’għandekx propjeta li taqbeż ċertu valur (din ma tinkludix id-dar matrimonjali). F’kazijiet kriminali dan l-eżami ta’ mezzi finanzjarji ma jsirx.

 

L-Għajnuna legali tista’ tiġi mogħtija lilhek hekk tixtieq tistitwixxi proċeduri kontra terza parti jew tixtieq tiddefendi ruħek kontra kawża sottomessa kontrik.

 

Bħalissa Malta ma tipprovdix għajnuna legali għall-vittmi ta’ reati kriminali.

 

It-Talba għall-għajnuna legali tista’ issir jew bis-sottomissjoni tal-applikazzjoni fil-qorti ċivili jew anke oralment lil-avukat tal-għajnuna imsemmi hawn taħt.

 

State Court Legal Aid Office, Law Courts (tal-gvern)

Indirizz: Republic Street, Valletta VLT 1112, Malta

Things to know about justice in Malta

 

Minbarra dawn is-serizzi, hemm numru ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li joffru għajnuna legali b’xejn bħala avukati indipendenti, skond in-natura tar-reat u l-vittma:

Victim Support Service Malta (organizzazzjoni mhux governattiva)
Għamel kuntatt

 

Aditus foundation (organizzazzjoni mhux governattiva)
Indirizz: 149 Old Mint Street, Valletta VLT 1513, Malta
Telefown: +356 2010 6295
E-mail: info@aditus.org.mt
Sit Elettroniku: www.aditus.org.mt

 

Jesuit Refugee Service (organizzazzjoni mhux governattiva)
Indirizz: St. Aloysius’ Sports Complex, 50 Triq ix-Xorrox, Birkirkara BKR 1631, Malta
Telefown: (+356) 21 44 2751
E-Mail: info@”info@jrsmalta.org
Sit Elettroniku: www.jrsmalta.org

Minhiex Malt; għandi aċċess għall-għajnuna legali?

L-aġġenziji tal-għajnuna legali u s-servizzi tal-għajnuna legali (tal-gvern, kif ukoll dawk mhux governattivi) huma disponibbli lil ċittadini Maltin u lil nies li mhumiex Maltin.

Qiegħed infittez għajnuna ta’ appoġġ emozzjonali/psikoloġiku. X’aġenziji jistgħu jgħinuni? X’inhuma d-dettalji tagħhom biex inkun nista’ nikkuntatjhom?

Victim Support Malta (non-governmental)

Għamel kuntatt

 

Mater Dei Hospital – Clinical Psychologists (tal-gvern)

Indirizz: Mater Dei Hospital, Msida MSD 2090, Malta

Telefown: Clinical Psychologists (+356) 2545 6900; ħaddiema soċjali (+356) 2545 5570

E-Mail: mgh@gov.mt

Sit Elettroniku: www.health.gov.mt

 

Richmond Foundation Malta (organizzazzjoni mhux governattiva)

Indirizz: 424, St. Joseph High Road, Santa Venera SVR 1013, Malta

Telefown: (+356) 2122 4580; (+356) 2148 2336; (+356) 2148 00 45

E-Mail: info@richmond.org.mt

Sit Elettroniku: www.richmond.org.mt8

 

Saint James Hospital – Clinical Psychologists (privat)

Telefown: (+356) 2329 1000

E-Mail: info@stjameshospital.com

Sit Elettroniku: www.stjameshospital.com

Għadni fil-periklu u qiegħed infittex xelter jew akkomodazzjoni sigura. Liem huma l-aġenziji li jistgħu jgħinuni? X’inhuma d-dettalji tagħhom biex inkun nista’ nikkuntatjhom?

Hekk għandek bżonn xelter jew akkomodazzjoni sigura tista’ tikkuntattja lil dawn l- organizzazzjonijiet:

 

Aġenzija Appogg Uffiċcju Prinċipali aġenzija lokali għall-assitenza ta’ vittmi ta’ reati (tal-gvern)

Indirizz: 36, St. Luke’s Road, G’Mangia, Pieta PTA 1318, Malta

Telefown: (+356) 2295 9000

E-Mail: appogg@gov.mt

Sit Elettroniku: http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx

 

Caritas Malta (organizzazzjoni mhux governattiva)

Indirizz: 5, Lion Street, Floriana FRN 1514, Malta

Telefown: (+356)2590 6600

E-Mail: info@caritasmalta.org

Sit Elettroniku: www.caritasmalta.org

 

FSM Malta – Foundation for Shelter and Support to Migrants (organizzazzjoni mhux governattiva)

Marsa Open Centre

Indrizz: Xatt Il-Mollijiet, Marsa MRS 1511, Malta

Telefown: (+356) 21-223671

E-Mail: do@fsmmalta.org

Sit Elettroniku: www.fsmmalta.org

 

Malta Housing Authority (organizzazzjoni mhux governattiva)

Indirizz: Head Office, 22, Pietro Floriani Street, Floriana FRN 1060

Telefown: (+356) 2299 1000

E-Mail: customer.care@ha.gov.mt

Sit Elettroniku: www.housingauthority.com.mt

 

YMCA Homeless (organizzazzjoni mhux governattiva)

Indirizz: 178 Merchants Street, Valletta VLT 1174 , Malta

Telefown: (+356) 21240680

E-Mail: info@ymcahomless.org

Sit Elettroniku: www.ymcahomeless.org

 

Dar Merħba Bik (non-governmental)

Telefown: (+356) 2144 0035

E-Mail: merhbabik@onvol.net

Qiegħed infittex għajnuna medika. Liem aġenziji jistgħu jgħinuni? X’inhuma d-dettalji tagħhom biex inkun nista’ nikkuntatjhom?

Hemm ħafna sptarijiet pubbliċi, xi ftit privati u anke ċentri tas-saħħa ġo kull distrett f’Malta. Il-link hawn taħt jagħtik iktar informazzjoni u lista dettaljata tas-sptarijiet.

 

Sptar Mater Dei (tal-gvern)

Telefown: Mater Dei Hospital, Msida MSD 2090, Malta

Phone: Main Reception (+356) 2545 4182; Clinical Psychologists (+356) 2545 6900; Social Workers (+356) 2545 5570

E-Mail: mgh@gov.mt

Sit Elettroniku: http://health.gov.mt

 

Ċentri tas-Saħħa (tal-gvern)

Iċ-Ċentri tas-saħħa ta’ kull distrett ġo Malta li joffri għajnuna medika u servizzi ta’ infermerija jistgħu jinstabu hawn: http://health.gov.mt

Qiegħed infittex servizzi għat-tfal. Liem aġenziji jistgħu jgħinuni? X’inhuma d-dettalji tagħhom biex inkun nista’ nikkuntatjhom?

Aġenzija Appoġġ Uffiċcju Prinċipali aġenzija lokali għall-assitenza ta’ vittmi ta’ reati (tal-gvern)

Indirizz: 36, St. Luke’s Road, G’Mangia, Pieta PTA 1318, Malta

Telefown: (+356) 2295 9000

E-Mail: appogg@gov.mt

Sit Elettroniku: http://fsws.gov.mt/en/appogg/Pages/welcome-appogg.aspx

 

Uffiċju tal-Kummissarju tat-tfal(tal-gvern)

Indirizz:  16/18 Dawret It-Torri, St. Lucia , Malta

Phone: (+356) 2148 5180

E-Mail: cfc@gov.mt

Sit Elettroniku: www.tfal.org.mt

 

Richmond Foundation Malta (organizzazzjoni mhux governattiva)

Indirizz: 424, St. Joseph High Road, Santa Venera SVR 1013, Malta

Telefown: (+356) 2122 4580; (+356) 2148 2336; (+356) 2148 00 45

E-Mail: info@richmond.org.mt

Sit Elettroniku: www.richmond.org.mt

Bħala vittma nista’ insaqsi għal kumpens mingħand il-persuna ħatja tar-reat?

Taħt il- ‘Criminal Injuries Compensation Scheme’ ta’ Malta vittmi jistgħu japplikaw għal kumpens dovut minħabba l-ħsara sofferta. Dan l-iskema muhiex disponnibli għal kull reat. Dan ifisser li int ikollhok tfittex parir biex tara hekk intiex eliġibbli għal dan. L-Applikazzjonijiet iridu jintbagħtu skond il-formola ta’ applikazzjoni xierqa, flimkien ma rapport tal-pulizija u jiġu sottomessi mhux iktar tard minn sena wara li ġara r-reat. Vittmi jistgħu japplikaw għal dan, kif ukoll id-dipendenti ta’ dawn il-vittmi u li skema huwa disponibbli għal ċittadini Maltin, ċittadini ta’ L-Unjoni Ewropea u residenti abitwali ta’ Malta. Applikazzjonijiet huma irċevuti minn:

 

Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Indirizz: 30, Old Treasury Street, Valletta, Malta

Telefown: (+356) 2201 3000

 

Uffiċju ta’ L-Avukat Ġenerali (tal-gvern)(governmental)

Indirizz: The Palace, Republic Street, Valletta, Malta

Telefown: (+356) 2122 5401

 

Victim Support Malta (non-governmental)

Għamel kuntatt

 

Flimkien mat-talba ta’ kumpens, bħala vittma inti intitolat li tibda kawża ċivili kontra l-awtur tar-reat u ssaqsi għal kumpens minħabba l-ħsara li soffrejt. Din hija haġa differenti minn każ kriminali għax din hija l-azzjoni tiegħek kontra l-awtur u mhux il-pulizija li qiegħdin jintervjenu. Għal din it-tip ta’ azzjoni, għajnuna legali hija provduta mill-Gvern skond ir-regoli li ġew spjegati f’dan id-dokument. Huwa importanti li persuna tinnota li dawn il-kazijiet huma ġeneralment limitati għal ħsarat materjali li ġew attwalment soffruti, bħal ħsara fuq propjeta, kif ukoll dik il-ħsara li ħa tbati minnha minħabba diżabilita kawżata minn dan ir-reat, Eżempju: opportunitajiet ta’ xogħol limitati

Nista’ insaqsi għal rimborż ta’ spejjez relatati mar-reat?

Id-Direttiva tgħid li Malta missa tagħti lill-vittmi l-possibilta li jistaqsu għal dan it-tip ta’ rimborż u li l-persuna għandha tiġi mogħtija informazzjoni dwar dawn il-proċeduri mill-ewwel kuntatt ma’ l-awtoritajiet pubbliċi. L-Informazzjoni tista’, per ezempju, tiġi inkluza ġo fuljett jew fuq sit elettroniku xieraq.

 

Għal issa, għadna rridu naraw kif dawn il-kondizzjonijiet ħa jiġu inkluzi fil-liġi Maltija u fil-prattika.

 

Bħalissa m’hemmx proċedura biex vittmi ikunu jistgħu jitolbu ħlas relatat ma reat bħala parti mill-proċeduri kriminali. Iżda, bħal ma kien diġa spjegat, vittmi jistgħu jibdew kawża ċivili separata u indipendenti kontra l-awtur tar-reat biex jitolbu kumpens u rimborż ta’ spejjeż relatati.

X’inhuma li stadji differenti magħtul il-proċedura kriminali? Kemm idumu?

Wara ir-rapport u l-investigazzjoni tal-pulizija, proċeduri fil-qrati jistgħu jinbdew mill-pulizija kontra l-persuna li huma jemmnu wettaq dan ir-reat.

 

Proċedimenti fil-qrati jistgħu idumu bejn ġimagħtejn u sentejn. Dan jiddependi fuq diversi fatturi bħala kemm huma kumplikati l-investigazzjonijiet u n-numru ta’ xhieda. Il-Proċedimenti jiftħu billi l-akkuzat jitħarrek fil-qorti. Wara dan ikun hemm ħafna stadji fejn il-pulizija u l-akkuzat huma mogħtija l-opportunita li jippreżentaw l-evidenza kollha tagħhom. Din l-evidenza tkun probabli tinkludi xhieda u, skond ir-reat, anke żjara tal-post fejn sar ir-reat.

 

Għalkem ir-rwol tiegħek fil-proċedimenti tal-qrati ikun wieħed iktar indirett, bħala vittma int intitolat li mhux biss tippreżenta waqt il-proċedimenti, imma anke li tigi rappreżentat minn avukat u dan għandu jiżgura li l-interessi tiegħek jiġu protetti matul il-proċedimenti. Huwa importanti li tiftakar li l-unika partijiet fil-każ huma il-pulizija, li qiegħdin jirraprezentaw li stat, u l-akkuzat. Ġieli, l-uffiċju ta’ l-Avukat Ġenerali jissostitwixxi l-pulizija. Dan issoltu issir għal reati aktar serji.

 

Probabilment tiġi mistoqsi li tixhed, għax il-verzjoni tiegħek tal-ġrajja tista’ tgħin lill-imħallef jew lil maġistrat jifhem x’ġara. Minħabba li xhieda ma jistgħux ipoġġu waqt is-seduta, il-vittmi issoltu huma l-ewwel xhieda li tisma l-qorti biex wara ikunu jistgħu isegwu s-seduti kollha.

Ma nifhimx il-lingwa Maltija. Kif ha nagħmel biex insegwi l-proċedura?

Il-lingwa tal-proċess ġudizzjarju tinbidel biss favur l-akkużat, u mhux il-vittma. Minkejja dan, il-vittma tista’ tagħti x-xhieda tagħha bl-Ingliż jew fil-lingwa tagħha u din tiġi tradotta għal-lingwa Maltija. Jekk l-akkużat ma jifhimx il-lingwa Maltija, meta jitħarrek jista’ jagħmel dikjarazzjoni verbali fejn jistqarr dan u l-qorti tkompli l-proċedura bil-lingwa Ingliża. Madanakollu, il-proċedimenti kollha jibdew bill-Malti.

 

Barra minn hekk, id-direttiva tispeċifika li serizzi ta’ traduzzjoni bla ħlas għandhom jiġu provduti waqt l-interrogazjoni u waqt il-mistoqsijiet tal-qorti. Dan is-servizz għandu wkoll jiġi provdut waqt il-laqa’ mall-pulizija u bejn il-vittma u l-avukat. Għalissa, għadna rridu naraw kif din l-obligazzjoni ħa tiġi implimentata fil-liġi Maltija u fil-prattika.

Kif jista’ l-vjaġġar bejn pajjizi ta’ L-Unjoni Ewropea jaffettwa l-protezzjoni tiegħi?

Id-Direttiva tistabilixxi mekkaniżmu għal rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni bejn il-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-miżuri jindirizzaw il-bżonnijiet speċifiċi ta’ ċertu vittmi, bħal dawk il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, abbuż sesswali tat-tfal, sfruttament sesswali u l-pornografija tat-tfal.

 

Malta għandha tiehu miżuri neċessarji biex tassigura li dawn id-drittijiet ta’ protezzjoni mhumiex kundizzjonati fuq li stat ta’ residenza jew fuq iċ-ċittadinanza tal-vittma.

Din id-direttiva tapplika biss għal ċittadini Maltin?

Id-Direttiva tapplika għal kull persuna irrispettivament mill-istat ta’ residenza jew iċ-ċittadinza tal-vittma. Dan ifisser li kull persuna li tgħix Malta, anke b’mod irregolari, hija intitolata għal servizzi ta’ protezzjoni msemmija f’dan id-dokument.

 

Madanakollu huwa importanti li persuna tinnota li r-rapport ta’ reat u l-parteċipazzjoni fi proċeduri kriminali ma joħolqux drittijiet ta’ residenza.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi bħala vittma ta’ reat?

F’kull kuntatt ma awtorita’ jew servizz, bħal pulzija, qrati, avukat jew tabib, is-sitwazzjoni personali tiegħek u l-b żonnijiet immediati tiegħek skond l-eta’, ġeneru, diżabilita u maturita jmisshom jiġu kkunsidrati f’mod li jirrispetta l-integrita fisika, mentali u morali tiegħek. Bħala vittma ta’ reat, inti għandek tkun protett minn vittimizzazzjoni ripetuta, intimidazzjoni u ritaljazzjoni.

 

Għandek tirċievi appoġġ xieraq li jgħin l-irkupru tiegħek u dan għandu jiġi provdut flimkien ma aċċess xieraq tal-ġustizzja.

 

B’mod speċifiku vittmi għandhom dritt li jirċievu informazzjoni mill-ewwel kuntatt ma l-awtorita kompetenti fuq dawn l-aspetti:

 

a) It-tip ta’ appoġġ li jistgħu jirċievu u mingħand minn, kif ukoll, fejn relevanti, informazzjoni bażika fuq l-aċċess ta’ appoġġ mediku, kwalunkwe appoġġ speċalizzat, inkluż appoġġ psikoloġiku, u akkomodazzjoni alternattiva;

 

b) il-proċedura biex tagħmel ilment dwar offiża kriminali u r-rwol tagħhom f’dawn il-proċeduri;

 

c) kif u taħt liema kondizzjonijiet jistgħu jiġu protetti, inkluzi wkoll il-mezzi ta’ protezzjoni;

 

d) kif u taħt liema kondizzjonijiet jista jkollhom aċċess għal parir legali, għajnuna legal u kwalunkwe tip ta’ parir ieħor;

 

e) kif u taħt liema kondizzjonijiet jistgħu jkollhom aċċess għal kumpens;

 

f) kif u taħt liema kondizzjonijiet huma intitolati għal interpretazzjoni u traduzzjooni;

 

g) hekk huma residenti ġo pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea ieħor minn dak fejn sar ir-reat kriminali, kwalunkwe miżura speċjali, proċeduri jew arranġamenti, li huma disponibbli għal protezzjoni ta’ l-interessi tagħhom fil-pajjiz ta’ l-Unjoni Ewropea fejn sar l-ewwel kuntatt ma l-awtorita kompetenti;

 

h) Il-proċeduri disponibbli biex isir ilment fejn id-drittijiet tagħhom mhux qiegħdin jiġu rispettati mill-awtorita kompetenti li qiegħda taħdem fil-kuntest tal-proċeduri kriminali;

 

i) dettalji ta’ kuntatt biex ikun jista’ issir komunikazzjoni dwar il-każ tagħhom;

 

j) servizzi ta’ ġustizzja riparatriċi disponibbli;

 

k) kif u taħt liema kondizzjonijiet, spejjez minfuqa minħabba r-rwol tagħhom fil-proċeduri kriminali jistgħu jiġu rimborżati;

 

L-estent jew id-dettal ta’ informazjoni imsemmi ġo paragrafu 1 jista’ ivarja skond il-bżonnijiet speċifiċi u ċ-ċirkustanzi personali tal-vittma u t-tip jew natura tar-reat. Dettalji addizjonali jistgħu wkoll jiġu provduti fi stadju aktar tard skond il-bżonnijiet tal-vittma u r-relevanza, f’kull stat tal-proċedura, ta’ dawn id-dettalji.

U l-familja tiegħi?

Id-drittijiet kollha li jinstabu fid-direttiva japplikaw għal vittmi ta’ reat, u d-direttiva tgħid li l-kelma vittma tinkludi dawn in-nies:

 

1) Il-persuna li qiegħda ssofri b’mod dirett mill-ħsara kkawżata mir-reat; U

 

2) Hekk il-vittma diretta mietet minħabba r-reat, kwalunkwe persuna minn dawn:

 

a) konjugi tal-vittma;
b) il-persuna li tgħix u qiegħda f’relazzjoni intima mal-vittma;
c) Il-Ġenituri tal-vittma;
d) L-aħwa tal-vittma;
e) Id-dipendenti tal-vittma.

 

Dan ifisser li dawn in-nies kollha msemmin hawn fuq huma intitolati għal servizzi ta’ protezzjoni imsemmin f’dan id-dokument.

 

F’kull kaz, il-membri tal-familja (dawk imsemmin hawn fuq) għandhom ikollhom aċċess għal servizzi ta’ appoġġ għal vittmi skond il-bżonnijiet tagħhom u l-livell ta’ ħsara soffrut minħabba r-reat. Membri tal-familja għandhom ukoll jiġu protetti minn vittimizzazzjoni ripetuta, intimidazzjoni u ritaljazzjoni.

Ma rridx immur il-qorti bħala xhud u naffaċċa l-awtur tar-reat!

Bħala vittma tista’ titlob li ma tkunx preżenti quddiem l-akkużat meta qiegħed tagħti l-evidenza. Tista’ tagħmel din it-talba permezz ta’ l-avukat tiegħek jew inkella permezz tal-prosekutur. Din it-talba tista’ issir verbalment.

 

Il-kuntatt tiegħek ma l-awtur tar-reat jiġi minimizzat jekk ikun meħtieġ. Il-qorti tista’ tistabbilixxi kundizzjonijiet li jippermettu l-evitar ta’ kuntatt bejnhekk u bejn l-attur tar-reat, bħal żona ta’ stennija separata. Barra minn dan, int intitolat li ssaqsi għal teknoloġija ta’ kommunikazzjoni speċjalizzata bħal ‘video-conferencing’, telefown jew internet, sakemm il-prezenza fiżika ta’ l-interpretu ma tkunx meħtieġa biex id-drittijiet tiegħek jiġu mħarsa b’mod adegwat jew biex tifhem il-proċedimenti fil-qrati.

Hekk nilmenta dwar l-esperjenza tiegħi, ismi u l-istorja tiegħi jispiccaw fuq il-gażżetta!

Il-liberta’ ta’ espressjoni u informazzjoni, u l-liberta tal-prulaliżmu tal-midja iridu jiġu rispettati. Madanakollu, hemm il-possibilta li s-seduta ssir fil-privat biex l-identita u l-privatezza tiegħek jiġu mħarsa. F’każijiet sensittivi, il-qorti tista’ t’ordna li ismek u d-dettalji tiegħek ma jiġux ippublikati, biex l-identifikazzjoni tiegħek issir evitata.

Ma rridx immur il-qorti, imma rrid li l-awtur tar-reat jifhem dak li għamilli. Dan huwa possibli hawn Malta?

Din hija msejħa ‘ġustizzja riparatriċi’ u tinkludi servizzi bħal medjazzjoni bejn l-awtur tar-reat u il-vittma, ‘sentencing circles’ jew konferenzi bejn grupp ta’ familjari. Servizzi ta’ ġustizzja riparatriċi primarjament jikkunsidraw l-interessi u l-bżonnijiet tal-vittma biex tissewwa l-ħsara li saret u ħsara oħra tiġi evitata. Dawn is-servizzi mhumiex disponibbli hawn Malta.

It-tfal jiġu mogħtija trattament speċjali taħt din id-direttiva?

Tfal vittmi huma nies taħt l-eta’ ta’ 18. L-aħjar interessi tat-tfal huma l-konsiderazzjoni primarja li jiġu eżaminati fuq bażi individwali. Approċċ sensittiv għat-tfal li jieħu kont l-eta’, maturita, fehmiet u bżonnijiet, għandu jipprevali. Tfal vittmi huma kunsidrati u trattati bħala persuni li għandhom igawdu d-drittijiet li jinstabu fid-direttiva u huma intitolati li jezerċitaw dawk id-drittijiet b’mod li jikkunsidra l-kapaċita li jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom.

 

Tfal vittmi għandhom id-dritt li jinstemgħu fi proċeduri kriminali. It-tifel u l-persuna li jkollha l-awtorita parentali jew rappreżentant legali ieħor, jekk ikun hemm, għandu ikun infurmat dwar kwalunkwe miżura jew dritt speċifiku iffukat fuq it-tifel. Barra minn dan, protezzjoni spċejali waqt il-proċedimenti fil-qrati jinkludu digriet li l-isem tat-tifel ma jiġix ippublikat. Iżda jista’ ikun hemm każijiet fejn, eċċezzjonalment, it-tifel jista’ ikollu benefiċċju mid-divulgazzjoni jew anke pubblikazzjoni mifruxa ta’ informazzjoni, per eżempju meta t-tifel ġie maħtuf. Intervisti mat-tifel għandhom jiġu rrikordjati b’mod awdjiviżiv, biex ikunu jistgħu jiġu użati bħala evidenza waqt il-proċedimenti. Tfal vittmi għandhom dritt li ikollhom avukat.

 

Minħabba li tfal huma aktar vulnerabbli u għandhom tendenza li jerġgħu jiġu vvittimizzati, għandom bżonn protezzjoni speċjali fir-rigward ta’ abbuż sesswali, sfruttament sesswali, il-pornografija tat-tfal u traffikar tal-bnedmin. Ħares lejn is-sezzjoni ‘Servizzi Għat-tfal’ biex issib iktar informazzjoni dwar is-servizzi ta’ protezzjoni li jeżistu għat-tfal f’Malta.

Bħala persuna anzjana għandi bżonnijiet speċifiċi. Ningħata trattament speċjali?

Bħala persuna anzjana għandek tgawdi mill-istess drittijiet bħal nies oħrajn, u fuq bażi ugwali ma oħrajn. Barra minn dan, is-servizzi kollha li joffru appoġġ lil vittmi misshom jagħtu attenzjoni partikolari fil-każ li għandek aktar bżonnijiet speċifiċi.

Bħala persuna b’diżabilita għandi bżonnijiet speċifiċi. Ningħata trattament speċjali?

Bħala vittma b’diżabilita għandek tgawdi mill-istess drittijiet bħal nies oħrajn, u fuq bażi ugwali ma oħrajn. Dan jinkludi servizzi li jiżguraw l-aċċess ta’ bini fejn il-proċeduri kriminali huma mmexxija u aċċess xieraq għall-informazzjoni. Barra minn dan is-servizzi kollha li joffru appoġġ lil vittmi misshom jagħtu attenzjoni partikolari fil-kaz li għandek aktar bżonnijiet speċifiċi.

Fejn u kif nippreżenta ilment hekk id-drittijiet li jinstabu ġo din id-direttiva ma jiġux rispettati (ezempju: mħallef jew pulizija jagħmel kumment mhux adattat)?

Tista’ tikkuntattja lilna hekk għandek bżonn għajnuna biex tagħmel ilment.

Bħala prattikant, kif nista’ niżgura s-sigurta tal-vittma waqt l-eżami jew il-provvediment tas-servizzi? Bħala pulizija, persunal tal-qorti, avukat, prosekutur, mħallef, ħaddiem soċjali, voluntier, etc. li jaħdem ma vittmi ta’ reati, x’tip ta’ taħriġ nista’ nirċievi? Kif nista’ naċċessa dan it-taħriġ?

Kwalunkwe persuna li tiġi f’kuntatt ma vittmi ta’ reati għanda tirċievi taħriġ adattat. Dan it-taħrig għandu bżonn jiżgura li dawk li jipprovdu s-servizzi huma kapaċi li jidentifikaw il-vittmi u l-bżonnijiet tagħhom, u jittrattaw magħhom b’mod rispettuż, sensittiv, professjonali u mhux diskriminatorju.
Għadu mhux ċar kif Malta se torganizza dan it-taħriġ lil professjonisti varji, imma huwa konfermat li Victim Support Malta hija disponibbli biex toffri dan it-tip ta’ taħriġ fuq talba. Ikkuntattjana

SIS-AND-MALTA-COUNCIL-FOR-VOLUNTARY-1130X260

Ma tistgħax issib tweġiba? Kellimna